Min jista’ jsir sieħeb?
Sħab settorjali (organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u tal-impjegati) fil-livell tal-UE u awtoritajiet nazzjonali (ministeri, spettorati tax-xogħol, istituti tal-OSH, eċċ.). Is-sħab settorjali nazzjonali huma mħeġġa jikkollaboraw mas-sieħeb nazzjonali rispettiv tal-OiRA.
Is-sħab nazzjonali attwali jistgħu jinstabu hawnhekk u s-sħab tal-UE jistgħu jinstabu hawnhekk.
Parteċipazzjoni tas-Sħab Soċjali
Fil-każ li t-tmexxija fl-iżvilupp tal-għodda/għodod tal-OiRA taqa’ taħt awtorità pubblika nazzjonali/istitut nazzjonali tal-OSH, is-sħab soċjali (u sħab oħra) għandhom jiġu involuti fl-iżvilupp u d-disseminazzjoni tal-għodda/għodod tal-OiRA skont il-prattiki nazzjonali fl-Istat Membru rispettiv.
Min jista’ juża l-għodod?
L-OiRA tista’ tintuża minn kwalunkwe persuna biex tivvaluta r-riskji relatati mas-saħħa u s-sigurtà li jistgħu jeżistu fil-post tax-xogħol tagħha. Madankollu, l-OiRA tfasslet biex tkun tal-akbar valur għal negozji iżgħar.
L-OiRA tfasslet speċifikament biex tappoġġahom fil-valutazzjoni tar-riskju fuq ix-xogħol u tgħinhom jipproduċu valutazzjoni tar-riskji dokumentata, inkluż pjan ta’ azzjoni mfassal apposta għar-rekwiżiti tan-negozju.
Network tal-IRAT
In-network tal-IRAT huwa magħmul minn istituzzjonijiet tal-OSH u minn ministeri li żviluppaw għodda interattiva proprja tagħhom mingħajr ħlas għall-valutazzjoni tar-riskju (IRAT). Għalkemm l-għodod tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom jistgħu jvarjaw, dawn l-istituzzjonijiet kollha jsegwu l-istess objettiv: bħal li l-MSEs jiġu megħjuna fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom; li jilħqu l-għadd massimu ta’ MSEs; li jżommu u jaġġornaw is-software tagħhom fuq terminu twil.
Statistika tal-OiRA
Ħarsa ġenerali lejn l-istatistika tal-OiRA matul l-aħħar snin. Din l-informazzjoni tinkludi l-għadd tal-għodod żviluppati, l-għadd tal-utenti, l-għadd tal-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa, kif ukoll informazzjoni dwar l-għodod li qed jiġu żviluppati.
Sors Miftuħ/kondiviżjoni
L-għodod tal-OiRA u l-kontenut kollu tagħhom huma aċċessibbli liberament u jistgħu jintużaw minn sħab tal-OiRA oħra fl-iżvilupp tal-għodod tagħhom. Dan jirreferi biss għat-test fl-għodod. Ir-ritratti/l-istampi jista’ jkollhom drittijiet tal-awtur speċifiċi u kull żviluppatur tal-għodda huwa responsabbli biex jiżgura li għandhom id-drittijiet li jużaw ritratti/stampi speċifiċi.
Il-kondiviżjoni jsir permezz ta’ liċenzji tal-Creative Commons. Din it-tip ta’ liċenzja toffri lill-utenti l-opportunità li jikkondividu u jadattaw ix-xogħol skont għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi, inkluż li x-xogħol ma jkunx kummerċjali u li jiġi attribwit b’mod korrett. Għal aktar informazzjoni, żur http://creativecommons.org/ u http://creativecommons.org/licenses/by-nc-sa/3.0/.
Informazzjoni tal-iżviluppatur tal-għodod
Din hija l-Gwida (Manwal) uffiċjali tal-Editur tal-OiRA maħsuba għas-sħab kollha tal-OiRA u dawk li qed jiżviluppaw għodod f’kollaborazzjoni mas-sħab tal-OiRA. Din tagħti struzzjonijiet dettaljati dwar kif tintuża s-sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut biex jinħolqu l-għodod.