Għodod
L-għodod tal-OiRA jippermettu lill-intrapriżi mikro u żgħar iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju. L-għodod jistgħu jintużaw faċilment, jistgħu jitniżżlu mingħajr ħlas u jistgħu jiġu aċċessati faċilment billi tikklikkja fuq il-link rilevanti ta’ hawn taħt. Il-biċċa l-kbira tal-għodod jiġu żviluppati għal settur jew sottosettur speċifiku iżda xi wħud huma bbażati wkoll fuq riskji jew attivitajiet speċifiċi, bħal riskji psikosoċjali jew xogħol fi spazji konfinati jew fuq soqfa.
Kuntatt/paġna web tas-sħab
Biex issib is-sieħeb tal-OiRA f’pajjiżek jekk jogħġbok ikklikkja l-link ta’ hawn taħt.
Kif tintuża l-OiRA
Biex tibda l-ewwel valutazzjoni tar-riskju tiegħek, fittex l-għodda ta’ interess tiegħek billi tagħżel il-pajjiż u s-settur/l-attività rispettivi fuq il-paġna tal-għodod tal-OiRA. Nota: Filwaqt li s-sħab tal-OiRA jkomplu jiżviluppaw għodod ġodda, mhux is-setturi kollha huma koperti fil-pajjiżi sħab kollha. Meta tkun sibt għodda tal-interess tiegħek, ikklikkja fuq “Ibda l-valutazzjoni tar-riskju”, se tintalab toħloq kont tal-OiRA - dan huwa proċess sempliċi u rapidu. Ir-reġistrazzjoni tippermettilek li sempliċiment tilloggja fi kwalunkwe ħin biex tkompli l-valutazzjonijiet preċedenti jew biex tibda oħrajn ġodda.
Filmati u materjal promozzjonali ta’ interess
L-EU-OSHA u partijiet ikkonċernati oħra tal-UE ħolqu riżorsi prattiċi inklużi filmati u infografika sa studji ta’ każijiet u preżentazzjonijiet aktar tradizzjonali għall-promozzjoni tal-OiRA. Il-materjali kollha jistgħu jitniżżlu mingħajr ħlas hawnhekk. Il-materjal nazzjonali jista’ jinstab fuq il-paġni web rispettivi tas-sħab nazzjonali tal-OiRA.
Links għal riżorsi prattiċi oħra tal-EU-OSHA
Il-materjali disponibbli hawnhekk inħolqu mill-EU-OSHA u minn partijiet ikkonċernati oħra tal-UE u jinkludu kollox minn filmati u infografika sa studji ta’ każijiet u preżentazzjonijiet aktar tradizzjonali. Il-materjali kollha jistgħu jitniżżlu mingħajr ħlas. Għal materjali nazzjonali tal-OiRA, jekk jogħġbok ara s-siti web tas-sħab tal-OiRA.
Informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-<i>data</i>
L-iskop tal-operazzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek huwa l-ħolqien u l-log-in tal-kont tiegħek tal-OiRA (Evalwazzjoni tar-Riskju Interattiva Online), il-ħolqien ta’ valutazzjonijiet tar-riskju, pjanijiet ta’ azzjoni u rapporti. L-indirizzi tal-email jistgħu jintużaw biex jintbagħtu l-bulettini (jekk inti tkun għażilt l-opzjoni). L-applikazzjoni OiRA hija strument li tqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħek mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA).
Għal aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, jekk jogħġbok żur il-paġna tal-Protezzjoni tad-Data tagħna.